Arrestat raġel li nqabad lest biex jitraffika d-droga

Fuq ir-raġel instabu madwar 70 qratas droga suspettata kokaina u 8 qratas suspettata droga eroina

Il-qratas tad-droga li nstabu fuq ir-raġel
Il-qratas tad-droga li nstabu fuq ir-raġel

Raġel ta’ 38 sena li jgħix il-Marsa, ġie arrestat wara li nqabad b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar.

Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tar-Rapid Intervention Unit, arrestat lir-raġel fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.

Waqt tfittxijiet li saru fuqu nstabu madwar 70 qratas droga suspettata kokaina u 8 qratas suspettata droga eroina.

B’rabta ma’ din is-sejba, inħatret inkjesta filwaqt li komplew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu.

More in Kronaka