Raġel fil-periklu tal-mewt; Il-Pulizija bi tfittxija għall-aggressur

Il-ġlieda bejn iż-żewġt irġiel seħħet għall-ħabta tal-10:30pm fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa

Il-Pulizija qed tfittex raġel wara li lbieraħ kellu argument ma’ raġel ieħor li spiċċa fil-periklu tal-mewt.

Il-ġlieda seħħet ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30pm fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.

Skont il-Pulizija, l-argument seħħ bejn raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq u raġel ta’ 32 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ta’ 35 sena safa milqut b’sikkina. Huwa ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji.

Il-Pulizija għadha qed tfittex l-aggressur.

More in Kronaka