Raġel ta' 52 imut wara li ċeda fuqu saqaf ta' latrina

Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq il-latrina

Raġel ta' 52 sena, mix-Xewkija, miet dalgħodu wara li ċeda s-saqaf tal-latrina pubblika tad-Dwejra f'Għawdex.

Jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f'din il-latrina. L-inċident seħħ fid-9:30am.

Minkejja li ssejjaħ tim mediku, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka