Ritratti | Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn fuq is-swar tal-Imdina

Iż-żagħżugħ instab fi Triq l-Għarreqin, ir-Rabat

Żagħżugħ ta' 21 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn fuq is-swar tal-Imdina.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li kien għall-ħabta tas-7:00pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi Triq l-Għarreqin, ir-Rabat, għax kien hemm persuna qed tgħajjat għall-għajnuna.

Il-Pulizija sabu liż-żagħżugħ mitluq għal tulu f'għalqa.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u anke tim mediku.

Iż-żagħżugħ iddaħħal l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka