Raġel armat b'sikkina jidħol jisraq minn ħanut f'Tas-Sliema

Fil-ħanut kien hemm tfajla ta’ 23 sena

Il-Pulizija qed tfittex raġel li lbieraħ filgħaxija daħal jisraq ħanut f'Tas-Sliema.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, fis-7:30pm, f'ħanut fi Triq Rodolfu, Sliema.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel li allegatament kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata, tfajla ta’ 23 sena, sabiex tagħtih il-flus.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema.

More in Kronaka