'Il-qabda ta' droga tal-bieraħ hija frott kriminalità globalizzata - Id-Direttur tad-Dwana

Id-Direttur tad-Dwana b'kummenti wara qabda rekord ta' droga kokaina fi triqitha lejn il-Libja, ilbieraħ

Id-Dipartiment tad-Dwana b'qwabda droga rekord
Id-Dipartiment tad-Dwana b'qwabda droga rekord

Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joseph Chetcuti qal illi l-qabda rekord tal-bieraħ, ta' 612-il kilo ta' droga kokaina hija riżultat ta' dak li sejjaħ "il-globalizzazzjoni tal-kriminalità organizzata."

Huwa qal illi r-riskji dejjem hemm kienu imma llum l-kriminali huma aktar organizzati. 

Ilbieraħ ġew elevati 612-il kilo droga kokaina li telqet mill-Ekwador, waqfet il-Kolombja għaddiet minn Malta u kienet fi triqitha lejn il-Libja u l-valur tagħha kien stmat għal €69 miljun. 

Chetcuti irrmarka illi d-Dwana tagħmel qabdiet u televa oġġetti illegali kuljum, imma li din spiċċat fuq l-aħabarijiet minħabba l-kobor tagħha.  Per eżempju, jgħid illi oġġetti bħal sigaretti tal-kuntrabandu jinstabu ħafna drabi.

Ritratt tas-612-il kilo kokaina maqbuda
Ritratt tas-612-il kilo kokaina maqbuda

More in Kronaka