Koppja Spanjola tinqabad tipprova ddaħħal 14-il kilogramma kannabis f'Malta

Il-koppja twaqqfet mill-uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport

Ritratti | Arkivji
Ritratti | Arkivji

Ilbieraħ, waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri fl-Ajruport, uffiċjali tad-Dwana waqqfu koppja Spanjola li kienet għadha kemm waslet minn Seville u rriżulta li fuqhom kellhom 13.95 kilogramma ta’ kannabis.

Ftit wara li ħadu l-bagalji tagħhom, il-koppja ttieħdet ħdejn l-iscanner fejn l-uffiċjali tad-dwana nnutaw affarijiet suspettużi.

Fiż-żewġ bagalji nstabu 13 u sitt boroż tal-plastik rispettivament. Wara li saru xi testiijet, irriżulta li fihom kien hemm il-kannabis.

Il-passiġġieri ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga filwaqt li nfetħet inkjesta.

Iż-żewġ passiġġiera mistennija jitressqu l-Qorti llum.

More in Kronaka