Il-45 persuna bil-Covid-19 tmut ... raġel ta' 59 sena

Ir-raġel kien qiegħed jingħata l-kura fl-ITU

Fl-istess jum illi fih tħabbru numru rekord ta' każi pożittivi ta' Covid-19 f'pajjiżna - 111 b'kollox - il-Gvern ħabbar mewt oħra ta' persuna li kellha l-Covid-19. Dan huwa raġel ta’ 59 sena.

Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19, l-għada 2 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni llum.

Dan huwa wieħed minn dawk il-vittmi li huma inqas anzjani mill-bosta li mietu fl-aħħar ġimgħat li ġeneralment kellhom aktar minn 60 sena. 

Din hija l-45 mewt ta' persuna li kienet ukoll pożittiva wkoll għall-Covid-19. 

More in Kronaka