Rekord ġdid ta' każi ġodda; 111-il każ mill-bieraħ u 940 każ attiv

52 persuna oħra fiequ

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta rreġistrat 111-il każ ġdid ta' Covid-19.

Dan kien l-ogħla ammont ta' każi ġodda li qatt ġew irreġistrati f'Malta biex issa anke l-għadd tal-każi attivi laħħaq numru rekord ta' 940.

Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mit-93 każ tal-bieraħ, 30 kienu qraba ta' pazjenti, sitt kollegi ta' persuni infettati u każ wieħed mill-cluster ta' Paceville.

Il-bqija tal-każi kienu kollha sporadiċi, jiġifieri mhux magħruf minn fejn persuna tkun ħadet il-virus.

Minn meta feġġ l-ewwel każ, Malta kellha 4,048 persuna li ħadet il-Covid-19. Minn dawn, 3,064 fiequ filwaqt li 44 tilfu ħajjithom.

More in Politika