Tlett ifkieren jiddaħħlu Malta b'mod illegali u jiġu interċettati mid-Dwana

Kemm il-vettura u anke l-fkieren ġew ikkonfiskati u aktar investigazzjoni għadha għaddejja

Ilbieraħ waranofsinhar, uffiċjali tad-Dwana, waqt spezzjonijiet li kienu qed jagħmlu, sabu tlett ifkieren moħbija f’vettura.

Is-sewwieq ma kellux id-dokumenti meħtieġa biex seta’ daħħal dawn il-fkieren li aktar tard ġew identifikati bħala Testudo hermanni.

Għalhekk dawn ġew importati b’mod illegali.

Il-vettura ġiet ikkonfiskata, filwaqt li l-fkieren ingħataw f'idejn l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi.

More in Kronaka