Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fil-Ħamrun

L-inċident seħħ dalgħodu ftit qabel il-ħdax fi Triq il-Kbira San Ġużepp

Anzjana tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ dalgħodu ftit qabel il-ħdax.

L-anzjana, li għandha 71 sena, ittajret minn żagħżugħ ta’ 21 sena.

Hija ttieħdet Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka