Aġġornata | Fil-periklu tal-mewt wara li ċediet fuqu parti minn krejn

L-inċident seħħ f'sit ta' kostruzzjoni ftit qabel il-ħdax, fi Triq ix-Xgħajra

Ħaddiem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ċediet parti minn krejn u ġiet fuqu.

L-inċident seħħ f'sit ta' kostruzzjoni ftit qabel il-ħdax, fi Triq ix-Xgħajra f'Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija kkonfermaw ma' dan is-sit id-dettalji tal-każ.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u anke ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka