Ħadd ma weġġa meta żewġ żgħażagħ kienu involuti f'inċident fi Triq il-Kosta, it-Tlieta filgħaxija.
Iż-żgħażagħ irnexxielhom joħorġu mill-karozza li kienu fiha fil-ħin meta din sarert ħuġġieġa waħda.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:20pm viċin l-Isplash and Fun.
Is-sit illum.com.mt staqsa lill-Pulizija x'wassal biex il-vettura ħadet in-nar, bil-kelliema tispjega li għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet biex ikun magħruf is-sors tan-nirien.
Madanakollu kkonfermat li ma kien hemm l-ebda impatt.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...