Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fir-Rabat

L-inċident seħħ fi Triq Ħad-Dingli

Żagħżugħ ta’ 18-il sena, li jgħix l-Imtarfa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fi Triq Ħad-Dingli fir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30pm.

Jirriżulta li ż-żagħżugħ ittajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti r-Rabat stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-ġuvni Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta.

More in Kronaka