Isibu raġel mal-art u mimli demm biswit il-Kappella tas-Silġ f'Marsaxlokk

Il-Pulizija arrestat raġel ftit tal-ħin wara

Raġel ta’ 35 sena minn San Ġwann qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument viċin il-Kappella tas-Silġ f’Marsaxlokk.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:20pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm raħel mal-art u bid-demm viċin il-kappella.

Jidher li r-raġel kien qiegħed hemm ma’ persuna oħra u qam argument bejniethom. Ir-raġel qala’ daqqiet ta’ xafra li kkaġunatlu ferita f’wiċċu.

L-aggressur seraqlu wkoll il-basket u ħarab.

Intant, il-Pulizija bdiet it-tfittxija għall-persuna l-oħra u ftit wara arrestat Libjan ta’ 30 sena u li jgħix Ħal Tarxien.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka