Protesta fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Far; Pulizija u ambulanzi fuq il-post

Dan mhuwiex l-istess ċentru li fih hemm diversi immigranti taħt kwarantina minħabba li xi residenti rriżultaw pożittiv għall-coronavirus

Kommossjoni qamet illum waranofinhar fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far bl-immigranti jinstemgħu jgħajtu "freedom," "libertà."

Dan mhuwiex l-istess ċentru li fih hemm diversi immigranti taħt kwarantina minħabba li xi residenti rriżultaw pożittiv għall-coronavirus.

L-immigranti, fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Far, dehru mdendla u jixxabbtu mal-ħadid tat-twieqi.

Fuq il-post hemm is-suldati, il-pulizija tad-distrett u mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit.

Dehru wkoll żewġ ambulanzi, anke jekk ħadd ma weġġa.

Il-protesta ntemmet ftit wara.

More in Kronaka