27 persuna jinqabdu f'ġemgħat t’aktar minn tliet persuni

Ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja

27 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fis-738 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. 

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

More in Kronaka