Raġel armat b'sikkina jidħol jisraq minn ħanut tal-merċa

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00pm f’ħanut tal-merċa fi Triq San Lwiġi fl-Imsida

Il-Pulizija qed tinvestiga serva li seħħet ilbieraħ filgħaxija f’ħanut fl-Imsida.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00pm f’ħanut tal-merċa fi Triq San Lwiġi.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn, mill-ewwel stħarriġ, irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lil żewġt irġiel Indjani.

Huwa ħarab minn fuq il-post.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, bil-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

More in Kronaka