Raġel jitlef ħajtu wara argument fil-Qawra

Il-każ seħħ fi Triq il-Ġifen, il-Qawra

Raġel Niġerjan tilef ħajtu wara li qala’ ta’ daqqiet ta’ arma taqta u bil-ponta.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsilejl meta l-Pulizija kienu infurmati bil-każ li seħħ fi Triq il-Ġifen, il-Qawra.

Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu lir-raġel ferut.

Huwa ttieħed Mater Dei iżda tilef ħajtu ftit wara.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Intant il-Pulizija qed tkellem persuna li qed tgħinha fl-investigazzjoni.

More in Kronaka