Raġel irrapportat nieqes; Il-Pulizija titlob l-għajnuna

Manuel għandu xagħru qasir u jilbes nuċċali

Manuel Giovanelli, Taljan ta’ 42 sena, ġie rrapportat nieqes ilbieraħ il-Ħamis 5 ta’ Marzu.

Fi stqarrija, il-Pulizija qed titlob għall-għajnuna biex jinstab ir-raġel.

Manuel għandu xagħru qasir u jilbes nuċċali.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija. 

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil Manuel.

More in Kronaka