Arrestat raġel li seraq ristorant fl-ewwel jum tas-sena

Is-serqa kienet seħħet ftit wara t-tokki ta' nofsilejl fil-Fgura

Raġel ta’ 38 sena, residenti Bormla, ġie arrestat wara li fl-ewwel jum tas-sena kien seraq ristorant gil-Fgura.

Il-każ kien seħħ ftit wara t-tokki ta’ nofsilejl, fejn ir-raġel, armat b’sikkina, kien daħal fl-istabbiliment u seraq ammont ta’ flus kontanti u anke ċekk.

Huwa kien ħarab minn fuq il-post.

Ħadd ma kien weġġa’ f’dan l-inċident.

More in Kronaka