Arrestat raġel li wettaq sitt hold-ups f'disat ijiem

Ir-raġel li għandu 39 sena mill-Marsa kien arrestat fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd illi għadda

Il-Pulizija arrestat raġel li allegatament wettaq numru ta’ serqiet minn diversi ħwienet.

Ir-raġel li għandu 39 sena mill-Marsa kien arrestat fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd illi għadda.

Ir-raġel se jkun qed jitressaq il-Qorti, illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ wara nofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa  Caroline Farrugia Frendo. 

Huwa se jkun akkużat b’aktar minn 20 akkuża, fosthom li wettaq sitt hold-ups bejn is-7 u s-16 ta’ Jannar, 2020. Tnejn mill-hold-ups seħħew Qormi, tnejn Tas-Sliema, wieħed fil-Gżira u ieħor fl-Iklin. 

More in Kronaka