Ritratti | Residenti jiġu evakwati wara splużjoni ta' ċilindru tal-gass f'parapett

F’dan il-każ li seħħ ilbieraħ f'Ħ'Attard ħadd ma weġġa

Il-Pulizija qed tinvestiga splużjoni li seħħet f’parapett ta’ residenza minħabbba ċilindru tal-gass.

Jidher li l-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart fi Triq Żnuber f’Ħ’Attard.

F’dan il-każ ħadd ma weġġa.

It-triq kellha tingħalaq għal xi ħin, ġew evakwati xi residenti u ssejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ambulanza b’tim mediku mill- Isptar Mater Dei.

Aktar tard, ġie kkonfermat li ma kienx hemm iżjed periklu u għalhekk irritorna kollox għan-normal u t-triq reġgħet infetħet lura għat-traffiku. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

More in Kronaka