L-inċident seħħ kmieni dalgħodu f’Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan
Anzjan weġġa’ gravi wara li tajjar kmieni dalgħodu f’Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u għoxrin.
Jidher li l-anzjan, li għandu 79 sena, intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 56 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.