David Sciberras ta’ 56 sena deher l-aħħar is-Sibt li għadda
Instab mejjet ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija talbet l-assistenza tal-pubbliku biex jinstab.
David Sciberras ta’ 56 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar id-19 t’Ottubru 2019.
Huwa deher l-aħħar nhar it-18 t’Ottubru 2019 għall-ħabta tas-sebgħa u nofs meta ħareġ mir-residenza tiegħu biex imur lejn il-Mosta.
Fi stqarrija, il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna.