Kamera żgħira tinstab moħbija f'latrina f'Mater Dei

Il-Pulizija kkonfermat li qed tinvestiga dan il-każ

Il-Pulizija kkonfermat li qed tinvestiga każ xi ftit jew wisq stramb meta 'micro camera' nstabet moħbija f’waħda mil-latrini tal-istaff femminili tal-Emerġenza.

Jidher li l-kamera kienet moħbija b’tali mod li jiġu ffilmjati n-nisa li jidħlu fil-latrina.

Hu mifhum li l-aċċess għal din il-latrina huwa wieħed limitat

Il-Pulizija qed tinvestiga biex taqbad lin-nemmies.

More in Kronaka