Anzjan jittajjar f'Ħal Qormi

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja

Raġel ta’ 74 sena ttajjar minn vettura fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8:30pm.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-anzjan ittajjar minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena.

L-anzjan ittieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka