Id-Dwana tikkonfiska 7,864 sigarett tal-kuntrabandu

L-uffiċjali tad-Dwana wettqu spezzjoni u kkonfiskaw is-sigaretti msemmija.

Id-Dwana kkonfiskat 7,864 sigarett u 232 flixkun tax-xorb tal-kuntrabandu wara spezzjonijiet varji.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li mal-3,264 sigarett inqabdu fuq bastiment li kien qed jirritorna lura fil-Port filwaqt li l'bqija nqabdu wara spezzjonijiet f'Ħal Luqa u l-Belt Valletta. Fost l-oħrajn mal-4,600 sigarett tal-kuntrabandu ġew kkonfiskati minn bar fil-Belt Valletta.

Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. 

L-uffiċjali tad-Dwana wettqu spezzjoni u kkonfiskaw is-sigaretti msemmija.

More in Kronaka