Raġel nżamm taħt arrest wara li kiser l-ordni ta' protezzjoni u ċempel lil martu biex jistaqsi dwar uliedu. Ir-raġel, skont l-ordni ta' protezzjoni ma seta' jagħmel ebda kuntatt mal-mara. Huwa kien akkużat li uża vjolenza psikoloġika u morali fuq l-eks mara tiegħu, u ġiegħla tgħix fil-biża' tal-vjolenza, filwaqt li heddidha u insultaha.
Fil-Qorti l-avukat tar-reġel, Matthew Brincat, kien argumenta illi qatt ma' kien hemm agressjoni jew kuntatt fiżiku u li r-raġel kien sempliċiment qed jagħmel kuntatt biex jagħmel arranġamenti partikolari fir-rigward tat-tfal.
Il-Qorti iżda, fid-dawl ta' dan il-ksur, irrifjutat li tagħti l-ħelsien mill-arrest lir-raġel u għalhekk dan inżamm arrestat.