Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa f'għalqa

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11:20pm fi Triq il-Mosta, Ħal Lija

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija tilef il-kontroll tal-vettura, laqat il-bankina u spiċċa baqa' dieħel f'għalqa.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11:20pm fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.

Il-vittma li għandu 29 sena min-Niġerja nħareġ mill-vettura mill-Protezzjoni Ċivili.

Minn hemm hu ttieħed Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

More in Kronaka