Raġel jitlef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum

Il-każ seħħ dalgħodu waqt li r-raġel kien qed jgħum fil-Bajja tal-Armier

Raġel li l-identità tiegħu għada mhux magħrufa tilef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fil-Bajja tal-Armier.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta ta' nofsinhar neqsin kwart.

Il-vittma ttieħdet immedjatament mill-baħar meta persuni li kienu qed jgħumu fil-bajja ndunaw li kien jinsab f'diffikultà.

Minnufih issejjaħ tim mediku biex jingħata l-kura meħtieġa iżda r-raġel kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali

More in Kronaka