Anzjan isofri ġrieħi serji wara li waqa' sular f'każin

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija  fi Triq G.M. Farrugia, Ħal Għaxaq

Anzjan ta' 73 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa' għoli ta' madwar sular minn bokka ta' service lift li jinsab fuq barra tal-istess każin.

Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart tal-bieraħ filgħaxija meta l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f'każin li jinsab fi Triq G.M. Farrugia, Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka