Tard ilbieraħ filgħaxija pulizija li ma kienx xogħol irnexxielu jisfratta serqa li x’aktarx kienet se ssir f’ħanut f’Ħ’Attard.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li pulizija off-duty innota żewġ persuni quddiem ħanut li kienu qed jaġġixxu b’mod suspettuż.
Malli dawn il-persuni ndunaw bil-pulizija, telqu minn fuq il-post b’vettura li kienet ipparkjata fil-viċin.
Fuq il-post, fi Triq l-Imdina, ġew innutati xi ħsarat fuq il-bieb tal-ħanut.
Ftit tal-ħin wara dawn iż-żewġ persuni nstabu fi Triq il-Pitkalija u ġew arrestati.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00pm.