Żewġt irġiel weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-07:40 fi Triq Mikiel Anton Vassalli meta, għal xi raġuni, seħħet ħabta bejn żewġ muturi, misjuqa minn raġel ta’ 49 sena min-Naxxar u minn raġel ta’ 51 sena minn Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet l-assistenza medika u ż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. I
ktar tard, ir-raġel ta’ 51 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni medika tax-xufier l-ieħor għadha mhux magħrufa.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.