L-awtopsja fuq Zack Meli, iż-żagħżugħ li miet f'Paceville kmieni l-Ħadd filgħodu, ma sabet l-ebda sinjal ta' vjolenza fuq il-katavru.
Qed ikun allegat li ż-żagħżugħ miet wara daqqa ta' ponn li qala' mingħand żagħżugħ Bulgaru ta' 19-il sena.
Diversi rapporti qed jirrappurtaw li wara dan ir-riżultat, qed isiru aktar testijiet fuq il-katavru taż-żagħżugħ Malti li kellu 24 sena.
Intant iż-żagħżugħ Bulgaru mhux se jitressaq il-Qorti llum kif kien mistenni u l-Pulizija kkonfermat fi stqarrija li ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet