L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:15am fi Triq Antonio Zammit
Żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Għargħur.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat mal-Illum.com.mt li ż-żagħżugħ, mill-Ghana residenti l-Marsa, waqa’ madwar sular.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:15am fi Triq Antonio Zammit.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku minn Mater dei u anke l-Protezzjoni Ċivili.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.