Żagħżugħa bi ġrieħi sejri wara li waqgħet 2 sulari

Il-każ dalgħodu f'San Ġiljan

Żagħżugħa ta’ 23 sena qed issofri minn ġrieħi serji wara li waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-7:00am, li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi propjetà privata fi Triq Dragunara, San Ġiljan.

Malli waslu fuq il-post, il-pulizija sabu liż-żagħżugħa, li għandha 23 sena mill-Awstrija, mixħuta mal-art.

Iż-żagħżugħa ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka