Madwar 100 Patrijott jipprotesta kontra bini ta' Moskeja….

.....u 2,000 patrijott f'Wembley

Wara tant 'hype' fil-midja maltija dwar protesta li kellha ssir f'Buġibba kontra l-permess tal-bini ta' Mosekja 'illegali' wieħed kien jistenna li l-Għaqda Patrijotti maltin bil-bnadar tal-pajjiż kellu jkollha preżenza kbira ta' patrijotti kontra l-Mosekeja f'Buġibba. Iżda l-attendenza kienet ta' madwar 100 persuna li mxew fit-toroq ta' Buġibba minn ħdejn il-Knsija tal-Qawra. Wieħed mill-leaders ta' din il-protesta Henru Battistino qal li huma kontra kull moskeja illegali u huma kienu hemm biex juru solidarjeta mal-poplu Malti u ta' Buġibba. Fil-protesta l-Għaqda qalet li huma qed jiġbru firem kontra l-integrazzjoni sfurzata u Henry battistino qal li diġa nġabru madwar 20,000 firma. Waqt il-protesta kien hemm xi individwi li kitbu li huma ateji u kienu qed joġġezzjonaw kontra l-messaġġ tal-patrijotti bi placards f'idejhom ta' 'Love is the answer'. Ġurnata qabel kien hemm wirja ta' forza ta' patrijotti oħra maltin li telgħu jissaportjaw lit-team Nazzjonali malti anke jekk dan kien qed iħabbatha mal-iġganti tal-Football Ingliżi fejn kien hemm madwar 2,000 Patrijott Malti f'Wembley Londra.

More in Kronaka