Ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet ħabta fil-Marsa By pass, Marsa. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta head-on bejn karozza tat-tip Kia Pride u oħra tal-għamla Toyota Yaris, wara li l-vettura Kia qabżet is-central strip u ħabtet mal-vettura Toyota li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta. Il-vettura tal-għamla Kia, li kienet qed tinstaq f’direzzjoni lejn il-Marsa stess kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Birkirkara u flimkien miegħu kien hemm żewġ ġuvintur oħra, li lkoll għandhom 19-il sena u residenti Birkirkara. Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti Kerċem, Għawdex. Il-persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza sabiex jiġu kkurati għall-ġrieħi li sofrew u iktar tard wieħed mill-ġuvintur li kien jinstab riekeb passiġġier fil-vettura Kia ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Il-persuni l-oħra involuti sofrew ġrieħi ħfief.
Ftit qabel għal ħabta tat-8 p.m. ta' bil-lejl, mara ta' 50 sena minn Tas-Sliema ittajret minn żagħżugħ ta' 20 sena mill-Gżira waqt li kienet qed taqsam fuq il-lights li kienu qed ipetptu fuq il-kuilur oranġjo. Iż-żagħżugħ wara li tajjar lil mara li tinsab f'periklu tal-mewt baqa dieħel f'karrozza ipparkjata.