Illum tfaċċat petizzjoni oħra online fejn residenti tal-mellieħa qed jintlabu jiffirmaw petizzjoni kontra r-rumble strips li saru fl-aħħar dawra qabel tibda' n-niżla. Skont informazzjoni li ngħatat fil-Parlament, dawn ir-"rumble strips" saru fuq parir tal-Kunsill Lokali biex inaqsu l-veloċita u n-numbru kbir ta' inċidenti li kienu jsiru.
Fil-petizzjoni qed jingħad li dan hu periklu li mhux ġej minn sewwieqa kapriċċużi imma ġej minn inizzjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bl-għajnuna tal-Ministeru tat-Transport. Fl-aħħar dawra qabel tibda' n-niżla, saru "rumble strips" li żiedu l-periklu, u dan minnħabba li s-sewwieqa iħossuhom qed jitilfu l-kontrol tal-karozza meta jgħaddu minn fuqhom anki jekk b'veloċita baxxa.
Fil-petizzjoni li qed tintbagħat lil ministru tat-Trasport Joe mIzzi u lis-sindku u lil kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed tgħid li
- mhux minnu li f'dan il-post kienu jsiru numru kbir ta' inċidenti;
- jekk se jsiru "rumble strips" biex inaqqsu l-veloċita għandhom isiru ħafna qabel id-dawra;
- u jekk se jsiru "rumble strips" biex inaqqsu l-veloċita tista' tagħmel "rumble strips" f'kull triq.
Għalhekk qed jitolbu li dawn ir-"rumble strips" jitneħħew immedjatament biex jitneħħa dan il-periklu ġdid li qed jesperjenzaw is-sewwieqa li juzaw din it-triq prinċipali, l-aktar fosthom ir-residenti tal-Mellieħa. S'issa iffirmaw din il-petizzjoni mat-350 resident.