Qarrej tal-ILLUM ilmenta kif numru sostanzjali ta’ karozzi bi pjanċi barranin qegħdin jipparkjaw illegalment u li dan mhux xi fenomenu ġdid, iżda ilu qed jiġri. Dan l-aħħar, diversi residenti f’ San Pawl il-Baħar ilmentaw kif karozza bi pjanċi barranin qed tipparkja regolarment f’ kantuniera fuq double yellow lines, u b’ kawża ta’ dan kien qed jeħel it-traffiku.
Bosta karozzi barranin lanqas huma rreġistrati ma’ Transport Malta u lanqas iħallsu miżati tal-liċenzja jew polza tal-assigurazzjoni.
Fi tweġiba parlamentari riċenti, l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal li vetturi bi pjanċi barranin li jipparkjaw ħażin mhux se jlaqqtu ċitazzjoni għax il-parkeġġ ħazin ma jaqax taħt il-lista ta’ kontrovenzjonijiet tad-Direttiva Ewropea.
B’ konsegwenza ta’ dan, karozzi bi pjanċi barranin qed jiġu eżenti minn ċitazzjonijiet, filwaqt li sewwieqa Maltin qegħdin ilaqqtu ċ–ċitazzjonijiet.