Jekk wieħed jara dawn ir-ritratti li qed jitmexxew fuq il-facebook jista jara li parkeġġ riservat bil-kitba safra għal ħaddiema tal-ġarr ta' merkanzija biex iħottu u jgħabbu ttieħed mill-pulizija li jidher li mhux qed isibu jipparkjaw quddiem l-għassa tar-Rabat. Għalhekk ħarġu tabella li huma rriservaw il-post għal vetturi tal-pulizija meta uffiċċjalment hemm riservat għal LOADING/UNLOADING.
Rabtin isostnu li l-post irid ikun riservat uffiċċjalment u mhux għax pulizija tirriserva l-parkeġġ b'tabella meta fuq l-art jidher ċar li l-post hu riservat għal min iħott jew jgħabbi.