Alex Tranter mixli b'miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi

Għamel użu minn fondi permezz ta' credit card tal-Enemalta

Għamel użu minn fondi permezz ta' credit card tal-Enemalta
Għamel użu minn fondi permezz ta' credit card tal-Enemalta

Dalgħodu kompla s-smiegħ fil-każ ta’ Alex Tranter, Ex-Chairman tal-Enemalta li jinsab mixli b'miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi.

Fredrick Azzopardi, Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Enemalta qal fix-xhieda tiegħu dalgħodu li Tranter għamel użu minn fondi permezz ta' credit card tal-Korporazzjoni fosthom biex ibbukkja żewġt ikmamar fuq ismu fil-lukanda Hilton f'Londra meta attenda laqgħa għal nies li għandhom interess fin-negozju taż-żejt.

Azzopardi żied jgħid li matul il-laqgħa wieħed jiltaqa ma’ persuni oħra nteressati fix-xiri taż-żejt u  jkun hemm anke xorb u ikel. Spjega li min-naħa tal-Enemalta, normalment jattendu dawk inkarigati mix-xiri taż-żejt.

Mistoqsi x'ġara fl’2010 Azzopardi qal li dakinhar attendew il-laqgħa Alex Tranter bħala Chairman, Antoine Galea bħala Financial Contoller u Janice Mallia li kienet Manager mal-korporazzjoni.

Ix-xhud qal ukoll li minn dokumentazzjoni ħareġ ukoll li magħhom kien hemm l-Assistenta Personali ta' Alex Tranter, Bronia Mercieca li filwaqt li kienet l-Ingilterra kienet ukoll imniżżla li kienet bil-leave. Qal ukoll li f'din l-okkażjoni suppost siefru tliet uffiċjali, l-Enemalta fil-fatt ħallset għal erbat ikmamar.

Frederick Azzopardi qal li filwaqt li Galea u Mallia qagħdu fil-Holdiday Inn, Alex Tranter u persuna oħra mhix identifikata qagħdu fil-lukanda Hilton.

Il-każ mistenni jkompli jinstema' fis-26 ta' Marzu.
 

More in Kronaka