61 katavru instabu f'forn fi krematorju abbandunat f'Acapulco, madwar 200 kilometru bogħod minfejn f'Settembru sparixxew 43 student. F'pajjiż fejn għadu jipprova jifhem x'sar minnhom dawn l-istudenti Messikani dan is-sejbien makabru fejn fost il-katavri hemm nisa u adolexxenti għamel impatt qawwi speċjalment f'dawn l-inħawi li huma fost l-aktar żoni ta' faqar immexxijin mill-barunijiet tad-droga.
Kieku n-nies li jgħixu fl-inħawi li rrappurtaw li kien qed ikun hemm intejjen insapportabbli ġejjin minn dan il-krematorju. Meta marru l-pulizija huma sabu dawn l-ewwel katavri, iżda hu maħsub li aktar mhu qed isiru tfittxijiet intensivi l-katavri jistgħu jitilgħu għal mijiet. L-iġsma kienu fi stat ta' dekompożizzjoni qawwija u kienu kollha bla ħwejjeġ imgeżwrin f'liżar u bil-ġir mitfugħ fuqhom. Hemm fosthom li huma mqattgħin.