Qatagħlha rasha wara li għamel is-sess magħha

Ir-raġel t'oħtha ammetta d-delitt tat-tfajla ta' 15-il sena

Yamila maqtula wara li kellha x'taqsam mal-ex raġel t'oħtha
Yamila maqtula wara li kellha x'taqsam mal-ex raġel t'oħtha

Wara sigħat ta' interrogazzjoni, raġel ta' 36 sena ammetta li qatel lit-tfajla li kellha biss 15-il sena, wara li kellu x'jaqsam sesswalment magħha, wara qatagħlha rasha u qatta' ġisimha biċċiet. Biex b'hekk fl-aħħar dan il-każ li qajjem għagħa kbir fl-Urugwaj ġie solvut.

Yamila Rodriguez sparixxiet fit-2 ta' Novembru u l-familja tagħha għamlet diversi appelli biex tinstab. Iżda t-tiftix ma kellu l-ebda eżitu pożittiv, sa nhar it-Tnejn li għaddha meta sewwieq bil-mutur fi triq ġo bosk lemaħ ras ta' mara. Hu rrapporta lil pulizija u billi r-ras ma setgħetx tingħaraf wara analiżi sar magħruf li din kienet ta' Yamila. Minn hemm bdew tfittxijiet biex jinstab il-kumplament tal-ġisem li nstab ftit 'il bogħod mir-ras mqatta biċċiet.

Immedjatament beda l-istħarriġ fuq il-vittma fejn sar magħruf li t-tifla kienet ġejja minn familja numeruża, tant li l-ġenituri tagħha kellhom tnax-il wild. Telqet mill-iskola sena ilu u kienet tqatta l-ġurnata tixrob l-alkoħol u tpejjep il-ħaxixa. Intqal ukoll li kienet daħlet f'ċirku tal-prostituzzjoni.

Ġew arrestati 4 persuni li tnejn minnhom ġew mitluqa mill-ewwel. It-tnejn l-oħra nżammew għal aktar investigazzjoni li kienu l-eks għarus tagħha ta' 24 sena u l-eks raġel ta' oħtha. Meta l-pulizija marru fid-dar ta' dan tal-aħħar sabu raincoat mimlija demm u sikkina nieqsa mis-sett. Fl-aħħar ir-raġel ammetta fejn irrakkonta li Yamila kienet fis-sakra u kienet wettqet att sesswali miegħu u qatilha meta din ma riditx terġa' jkollha x'taqsam miegħu għat-tieni darba. Ir-raġel indika l-post fejn poġġa r-ras u l-ġisem tagħha u anke fejn kien ħeba s-sikkina li biha kien qatagħlha rasha. Hu qal li qattagħha wara li kienet diġà mejta iżda ma qalx biex u kif qatilha.

More in Kronaka