Donald Trump fost dawk msemmija fid-dokumenti maħruġa ta' Jeffrey Epstein

Jiġu ppubblikati madwar 3.5 miljun paġna ta' dokumenti fuq Jeffrey Epstein

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti żvela ġabra enormi ta' aktar minn 3.5 miljun paġna mill-fajls ta' Jeffrey Epstein, li jinkludu dokumenti, 2,000 filmat, u 180,000 ritrattt. 

L-isem tal- President Amerikan Donald Trump jidher eluf ta' drabi; stima minn skens bikrija tissuġġerixxi li hemm iktar minn 1,500 referenza diretta għall-President Amerikan. Dawn jinkludu reġistri tat-titjiriet fis-snin disgħin li juru lilu fuq il-ajruplan privat ta’ Epstein tmien darbiet bejn l-1993 u l-1996, ħafna drabi mal-familja. Fid-dawl ta' dan kollu, id-Dipartiment tal-Ġustizzja allega li ħafna minn dawn l-allegazzjonijiet huma biss xnigħat bla bażi jew riċiklati. Trump ilu jbiegħed ruħu minn Epstein minkejja evidenza konkreta li tixhed il-ħbiberija li kellu miegħu.

Din il-pubblikazzjoni, illi seħħet nhar il-Ġimgħa b'riżultat tal-Epstein Files Transparency Act, timmarka waħda mill-akbar deklassifikazzjonijiet fl-istorja reċenti tal-Istati Uniti. Il-pubblikazzjoni hija riżultat ta' snin ta' battalji legali u pressjoni pubblika sabiex jiġu esposti dawk kollha li huma kompliċi fit-twettiq tar-reati ta' abbuż sesswali minn Epstein. 

Filwaqt li ma ħarġu l-ebda akkużi kriminali ġodda, il-fajls jikxfu rabtiet soċjali, reġistri tat-titjiriet, u allegazzjonijiet mhux verifikati kontra figuri prominenti.

L-interprendatur u ħabib sew ta' Trump, Elon Musk huwa wkoll imsemmi fil-fajls rilaxxati, hekk kif huwa msemmi f’għexerien ta' imejls mill-2012-2013, fejn Epstein issuġġerixxa li jospitah il-gżira privata tiegħu. Min-naħa l-oħra Bill Gates jissemma madwar 20 darba, partikolarment f'imejl ta' Epstein fejn huwa jiftaħar bl-għajnuna ta' Gates sabiex jintroduċih għal "tfajliet Russi" u nisa miżżewġin. It-tim ta' Gates ċaħad dawn bħala fabrikazzjonijiet ta' Epstein.

L-eks president Demokratiku Bill Clinton li kien viċin ta' Epstein, jidher fir-ritratti u huwa msemmi fir-reġistri tat-titjiriet għal aktar minn 50 darba, għalkemm huwa jiċħad li żar il-gżira privata ta' Epstein. Sadanittant, il-ħlasijiet u l-emails ta' Andrew Mountbatten-Windsor, li tneżża' mit-titlu ta' prinċep, qegħdin jerġgħu jitfaċċaw, flimkien ma' dawk tal-esponent pro-Trump Steve Bannon. Madwar 200,000 paġna baqgħu klassifikati sabiex tiġi assigurata l-privatezza tal-vittmi u s-sigurtà nazzjonali.

More in Barranin