Nhar il-Ħadd tħabbar li Vladimir Putin kiseb 88% tal-voti fl-elezzjoni presidenzjali. L-aħħar elezzjoni kienet saret fl-2018, fejn kien kiseb 76.6% tal-voti. Din hija l-ħames leġislatura tiegħu fl-istess kariga.
Din l-elezzjoni seħħet biss sentejn wara li Putin nieda ‘operazzjoni militari’, kif sejħilha hu, fl-Ukrajna fejn kkaġunat kunflitt u straġi sħiħa fil-pajjiż.
Wara li tħabbret ir-rebħa, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky iddeskriva lil Putin huwa "dittatur" għatxan għall-poter fi filmat fuq X. Permezz tal-istess post fuq X, Zelensky qal li Putin lest li jagħmel minn kollox sabiex jibqa’ hu fil-poter.
Mill-banda l-oħra, l-Istati Uniti qalu li r-rebħa tal-elezzjoni ma kinitx waħda ġusta. Filwaqt li l-ministru għall-affarijiet barranin tal-Ġermanja, kiteb fuq X qal li r-riżultat mhu se jkun sopriża għall-ħadd.
Is-segretarju għall-affarijiet barranin tar-Renju Unit, David Cameron, permezz ta’ post fuq X, kiteb li “Mhux hekk jidhru elezzjonijiet ħielsa u ġusta”