Zelenskyy jkeċċi l-Kap Kmandant tiegħu sentejn wara l-ewwel attakki

Din l-aħbar waslet biss ftit jiem wara xniegħat ta’ firda bejn il-President Ukren u l-kmandant Valerii Zaluzhnyi, li ilu fuq quddiem tal-battalja kontra r-Russja mill-bidu tal-kunflitt

It-tkeċċija ta' Valerii Zaluzhnyi hija l-ikbar bidla li l-armata Ukrena rat minn meta bdiet il-gwerra fi Frar tal-2022. (Ritratt: @ZelenskyyUa / X)
It-tkeċċija ta' Valerii Zaluzhnyi hija l-ikbar bidla li l-armata Ukrena rat minn meta bdiet il-gwerra fi Frar tal-2022. (Ritratt: @ZelenskyyUa / X)

Il-President Volodymyr Zelenskyy keċċa il-Kap Kmandant tal-militar Ukren, Valerii Zaluzhnyi.

Din l-aħbar waslet biss ftit jiem wara xniegħat ta’ firda bejn il-President Ukren u l-kmandant Zaluzhnyi, li ilu fuq quddiem tal-battalja kontra r-Russja mill-bidu tal-kunflitt.

Il-ġeneral Oleksandr Syrskyi se jkun qed jieħu post Zaluzhnyi.

Din hija l-ikbar bidla li l-armata Ukrena rat minn mindu beda’ l-kunflitt fi Frar ta’ sentejn ilu.

F’kummenti fuq il-pjattaforma X, Zelenskyy qal li kien hemm bżonn midla tal-mexxej militari iżda Zaluzhnyi “se jibqa’ fit-tim.”

Jħabbar il-bidla l-Ħamis filgħaxija, Zelenskyy qal li din il-bidla se sir b’mod immedjat. 

Il-kmandant Zaluzhnyi huwa pjuttost popolari mal-poplu Ukren, tant li hemm min iqisu ta’ eroj.

Sondaġġi riċenti fl-Ukrajna juru li jgawdi ukoll minn fiduċja ogħla minn dik ta’ Zelenskyy.

Il-president spjega li huwa rringrazzja lill-ġeneral f’konverżazzjoni qasira l-Ħamis stess.

More in Barranin