Il-Prinċep Philip jiddaħħal l-isptar 'bħala prekawzjoni'

Il-Palazz ta' Buckingham jirrapporta li d-Duka ta' Edinburgh iddaħħal l-isptar it-Tlieta filgħaxija "bħala miżura ta' prekawzjoni" wara li ħassu ħażin.

Il-Prinċep Philip ta’ 99 sena ttieħed l-Isptar King Edward VII f’Londra, "bħala miżura ta' prekawzjoni" fuq parir tat-tabib tiegħu. Fi stqarrija mill-Palazz ta' Buckingham intqal li d-duka ta' Edinburgh kien ilu jħossu ħażin għal ftit jiem, iżda xejn relatat mal- Coronavirus.

Huwa mistenni li jibqa' l-isptar għal ftit jiem ta’ osservazzjoni u mistrieħ. Ix-xahar li għadda, il-Palazz ħabbar li l-Prinċep Philip u r-Reġina rċevew t-tilqim tal- Covid-19 mingħand it-tabib fil-Kastell Windsor. 

More in Barranin