Lockdown ieħor fl-Iskozja jidħol fis-seħħ minn nofsilejl

Il-lockdown se jibqa' fis-seħħ żgur sal-aħħar ta' Jannar

L-Ewwel Ministru Skoċċiż Nicola Sturgeon
L-Ewwel Ministru Skoċċiż Nicola Sturgeon

L-Iskoċċiżi se jkollhom jibqgħu ġewwa hekk kif se jidħol fis-seħħ lockdown ieħor minn nofsilejl. Dan ifisser li l-iskejjel se jibqgħu magħluqa sa Frar.

L-Ewwel Ministru Skoċċiż, Nicola Sturgeon saħqet li dan il-lockdown huwa neċessarju biex tkun ikkontrollata ż-żieda qawwija fil-każi kawża tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19.

Il-liġijiet il-ġodda li se jidħlu fis-seħħ jirrikjedu li kulħadd jibqa' d-dar u li l-ħaddiema jaħdmu mid-dar fejn possibbli.

Fuq barra ma jista' jsir xejn. Kull persuna tista' tiltaqa' biss ma' persuna waħda biss minn dar jew familja oħra.

Ħadd ma jista' jiltaqa' fi gruppi, lanqas għall-eżerċizzju.

Knejjes u postijiet reliġjużi se jagħlu wkoll.

Il-lockdown se jibqa' fis-seħħ żgur sal-aħħar ta' Jannar.

More in Barranin